Il-flokk il-ġdid ta’ Juventus

Juventus żvelaw il-flokk li se jkunu qed jilagħbu bih fl-istaġun 2021/22. Il-flokk għandu dehra iktar tradizzjonali. Fin-naħa ta’ ġewwa hemm il-kitba ’10 years at home’ biex ifakkar l-għaxar anniversarju mill-inawgurazzjoni tal-Allianz Stadium. Juventus se jżanżnu l-flokk għada għall-Finali tal-Coppa Italia.