Il-futur

Issa li l-istagun tal-football intemm kulhadd jibda jhares il-quddiem u jispekola kif it-timijiet ser jissahhu u x’tip ta’ akkwisti ser jaghmlu.

Naturalment ahna bhala Juventini mhux anqas u nistaw nghidu li fil-gimgha li ghaddiet diga issemmew bosta players u sar bosta holm ukoll! Li kultant meta nara li jigu emmnuti certi artikli niskanta kif certu gurnalisti jirnexxilom ibellaw jew ibighu kollox lin-nies.

Nahseb il-finali tal-bierah bejn Real Madrid u Liverpool waslitna u ikkonfermatilna certu konkluzjonijiet li gie li tkellimna fuqom. Ghallmitna zgur li final mhux kif tintlaghab izda li jghodd li tirbaha u taffetwa u tirrikjedi certa fortuna ukoll.

Izda uritna ukoll illi kif dejjem sostnejt fil-kitba tieghi illi jekk vera nemmnu fiz-zghazagh ghandom jibdew jigu inkluzi biex jghaqqad ma’ players ta’ esperjenza li jistaw jghinu biex dan jintegraw aktar malajr. Haga li sfortunatament l-ambjent Juventin ftit ghamel f’dawn l-ahhar snin. Rajna lil Real Madrid il-bierah bi players ta eta bejn 21 u 24 sena fil-pitch li f’dawn l-ahhar sentejn dejjem laghbu u hadu certa esperjenza biex waslitom ghal dan is-success.

Minn naha taghna u tal-kowc taghna kellom ikunu l-ahhar 3 loghbiet biex rajna zghazugh interessanti ferm Miretti li sahansitra gie msejjah minn Mancini fin-nazzjonal.

Voldiri il-problema ingenerali fl-Italja hija mhux biss teknikament izda hija akbar mentalment meta tara pajjizi ohra jintroducu u jigeddu minn kull aspett.

Nispera li ahna bhala Juventus bdejna pagna gdida u nsegwu din ir-rotta ghaliex inkella d-distanza ma’ clubs ohra Ewropej ser tkompli tikber. L-ispekulazzjonijiet halluwom ghal haddiehor, player ikun ta’ Juventus meta jithabbar ufficjalment u mhux meta naraw xi ritratt editjat. Bir-ritratti u l-paroli ma’ jinbeniex team. Tinbena skwadra b’ intelligenza b’nies li jafu l-loghba u b’ kapacita li tiskopri t-talent, il-bqija hadd ma’ ghandu johlom li ahna qeghdin fi stat li nonfqu il- miljuni bhall-clubs miljunarji li kulhadd jaf min huma.

La qeghdin f’dak l-istat u lanqas ghandna propjeta li tahseb b’ dak il-mod.

Il-futur ghandu jkun zghazugh bi players ta’ esperjenza li jmexxuwom u b’ mentalita vincenti tal-passat flimkien ma’ tmexxija b’nies kapaci.

FORZA JUVE DEJJEM