Il-Lega se tappoġġa lill-klabbs li mhux se jibagħtu lill-plejers man-nazzjonal

Il-Lega tas-Serie A se timxi fuq l-eżempju tal-Premier League u tal-Liga Spanjola. Fi stqarrija maħruġa llejla, Il-Lega ħabbret li se taghti l-appoġġ sħiħ tagħha lill-klabbs li se jagħżlu li ma jibagħtux lill-plejers tagħhom għall-impenji mat-timijiet nazzjonali f’pajjiżi fejn hu mitlub li tkun osservata kwarantina wara li jmorru lura l-Italja. Il-Fifa ġiet taqa’ u tqum bħal dejjem mill-interessi tal-klabbs u allura fi Spanja, fl-Ingilterra u fl-Italja qed jingħata appoġġ lill-klabbs li mhux se jibagħtu l-plejers tagħhom mat-tim nazzjonali. Din hi problema li tirrigwarda l-aktar lill-plejers li ġejjin minn barra l-Ewropa. Juventus, perżempju, wara l-waqfa se jilagħbu kontra Napoli u kieku jkollhom jilaghbu mingħajr Il-plejers Sud-Amerikani.

Matthew Scerri