Illum ikollna indikazzjoni dwar il-futur ta’ Bremer

Illum hi ġurnata importanti ferm għall-futur ta’ Gleison Bremer. Inter, li allegatament għandhom ftehim mal-plejer, illum se jkollhom laqgħat kemm mal-aġenti tad-difensur Brażiljan u anki ma’ Torino. Minn dak li nafu, Inter qed joffru 30 miljun Ewro flimkien ma’ Casadei għal Bremer. Qed ikun irrapurtat lil Juventus offrew lil Torino 40 miljun Ewro għal Bremer. Issa interessanti li naraw jekk Juventus, li għadhom kif bigħu lil De Ligt, huma se jkunu qed jagħmlu xi manuvri biex ifixklu il-pjanijiet ta’ Inter. Ta’ min jgħid ukoll li Inter iridu lil Bremer għax qed jippruvaw ibigħu lil Skriniar. It-trasferiment ta’ Skriniar ma’ PSG qed jieħu fit-tul u mhux ċert li jsir. Għaldaqstant wieħed irid jara jekk Inter humiex realment f’pożizzjoni li jikkommettu ruħu li jixtru lil Bremer f’dan l-istadju.

Matthew Scerri