Illum Juventus u Sassuolo se jerġgħu jitkellmu dwar Locatelli

Illum Cherubini għandu jkollu kuntatt bit-telefon ma’ Carnevali ta’ Sassuolo. Huma se jippruvaw jaraw isibux ftehim għat-trasferiment ta’ Locatelli ma’ Juventus. Il-plejer innifsu qed jagħmel pressjoni biex jingħaqad ma’ Juventus. Sassuolo jidhru lesti jisilfuh għal sentejn, biss iridu li Juventus ikollhom l-obbligu li jixtruh għal kollox. Il-valur komplessiv tat-trasferiment għandu jkun madwar 45 miljun Ewro.

Matthew Scerri