Imsemmi b’saħħa Calhanoglu

Allegatament Juventus jinsabu f’kuntatti mal-aġenti ta’ Hakan Calhanoglu li attwalment hu free-agent. Milan offrewlu kuntratt ġdid b’paga ta’ 4 miljuni fis-sena, liema offerta ma tantx għoġbitu. Juventus, mill-banda tagħhom qed joffrulu 5 miljun u bonuses fis-sena. Jidher li Allegri hu favur dat-trasferiment u għaldaqstant il-kuntatti mal-aġenti se jkomplu għaddejjin bit-tama li Juventus jirnexxilhom jiksbu lil Calhanoglu.

Matthew Scerri