Indawru l-pagna

Hekk kif wasal fi tmiemu dan L-istagun ferm negattiv ghal Juventus u ghalina bhala supporters ta’ dan it-team.

Dan il-klabb zgur ma’ jistax u ma’ jixraqlux jikkuntenta ruhu b’raba post mizeru li wasal b’miraklu u bhas-sena ta’ qabel bi tqanzih.

Dawn l-ahhar zewg loghbiet final tal-coppa italia u l-loghba kontra lazio kienu ritratt ta’ stagun shih, skwadra fragli mhux biss fizikament izda anka mentalment li qatt kwazi ma kienet kapaci zzomm rizultat favur, li fizikament qatt ma flahna 90 minuta shah!

Il-pagna ser iddur u ghadna kemm assistejna ghal tmiem ta’ player storiku bhal Giorgio Chiellini li nghid wiehed mill-players fl-istorja ta juventus li ta kollox sa l-ahhar, li kiber f’dawn is-snin , li mexxa u kien wiehed milli kabbar l-istorja ta juventus f’rebh, f’lealta, u f’sens ta appartenenza lejn il-flokk u lejn il-miljuni ta supporters juventini.

Wasal it-tmiem ta’ Paolo Dybala ukoll. Tmiem xejn mistenni izda fl-istess hin ma’ hadtix bhala sorpriza. Dybala huwa player tajjeb immens izda bhal kull naha tal-hajja jekk ticcirkonda ruhek b’nies li tafdom u jmexxuk hazin dak li jigri! Sfortunatament dan il-player mhux biss afda bniedem bhala agent li mhuwiex fis-settur izda beda jaghmel aktar ahbarijiet barra l-pitch milli fil-pitch u n-nuqqas ta koncentrazzjoni mil-hajja professjonali tieghek twasslek fejn waslet lil Dybala!

B’wicci minn quddiem nghid li qbilt ma din l-ghazla tas-socjeta. Appropozitu tas-socjeta, din mhux ezenti minn dan id-dizastru b’serje ta zbalji f’dawn l-ahhar snin li wasluna sa hawn.

Andrea Agnelli ninzalu l-kappell tas-successi li gab mela le, izda n-nies jiggudikawk fil-prezent ukoll u t-tisfir li qala nhar it-tnejn ghandu jiftahlu ghajnejh illi l-juventus hija l’miljuni ta supporters madwar id-dinja u mhux hu madwar skrivanijja li ippermetta decizjonijiet hziena u diskutibbli.

Fl-ahhar nett nigi ghal kowc Allegri li zgur ukoll ghandu xi jwiegeb . Dan l-istagun qatt ma kien kapaci jaghti identita lil din l-iskwadra, wera bil-kbir li mhux veru mandux fiducja f’zghazagh nteressanti ghaliex inkludihom biss meta serrah rasu mir-raba post, rajnih f’imgieba li qatt ma rajnih bhala. Ghalhekk ghandu jaghmel ezami tal-kuxjenza ukoll u jaghzel jekk hux kapaci jkompli b’dak li ser ituh biex jahdem jew le nkella jista jiftah l-bieb u jaghlqu warajh. Ghax hekk xi hadt qed johlom li kull min qed jissemma li gej ser jigi zgur li sejjer zball!

FORZA JUVE DEJJEM