Max allegri

Indiffendibbli

Nahseb illi wara l-prestazzjoni mizera li assistejna ghalija l-bierah ftit fadal ragunijiet x’nippruvaw insibu biex forsi nsibu raguni biex niddefendu lil din l-iskwadra u lil dawn il-players. Onestament lanqas naf minn fejn ser naqbad nibda u nispicca ghax tant hemm xi tghid illi kwazi tinsa l-elenku shih ta’ zbalji li saru mhux issa biss izda f’dawn l-ahhar snin ta’ tmexxija u decizjonijiet zbaljati u diskutibli u dak li wasalna fih illum huwa rizultat ta’ dawn l-izbalji.

Nibdew mis-socjeta li bdiet tizgarra mid-decisjoni li tnehhi dak li kien l-aqwa dirigent Beppe Marotta li kien mhux biss direttur tajjeb izda manager mil-aqwa u intenditur tal-loghba u mexxa ghal snin b’ghaqal kbir u kulhadd jaf fejn wasalna. Izda xi hadd minn gewwa stess ma’ kinitx toghgbu xejn id-dixxiplina managerjali tieghu u ghalhekk ghogbu jitfa ghazla jew ahna jew hu u hemmhekk Andrea Agnelli wera dghufija fid-decisjoni li jappogja dik it-theddida. Minn hemmhekk assistejna ghal ghazliet hziena wahda wara l-ohra, players sopra valutati li kienu jpingu ruhom ta’ stilel u l-agenti taghom wasluhom ghal free release u konna ahna minn ta’ l-ewwel li dhalna fin-nasba u gibnihom u tajnihom pagi enormi.

Ma’ tieqaf qatt issemmi ismijiet ta’ psewdo stilel bhal Rabiot, Ramsey, biex ma’ nsemmux l-ghazliet ta’ players li tnehhew bhal Cancelo bhal Spinazzola biex flok investejna fihom ghal futur nfaqna aktar flus fi players akbar fl-eta bhal Danilo u bhal Ramsey u Rabiot u nhlew xeba miljuni f’commissions u pagi u li minnhom ma’ hadna assolutament xejn.

Issa li wasalna f’din is-sitwazzjoni u d-dirigenza qed tipprova issewwi dawn il-porkeriji li saru gejna f’salib it-toroq ghaliex bosta players jafu li wasal it-tmiem taghhom u l-prova tal-bierah u mhux tal-bierah biss iz-zejt tiela f’wicc l-ilma; determinazzjoni ta’ xejn, hadd ma’ jithajjar jiccaqlaq, hadd ma’ jaf x’ser jaqbad jaghmel, sahansitra l-captain Giorgio Chiellini l-bierah wara halftime tal-misthija hareg jiddihaq u jikkumiedja qabel beda t-tieni half u dik hija x-xhieda illi ntilef kull bilanc u kull kontroll.

Nigu ghal kowc Allegri li m’huwiex ezenti minn dan kollu. Tattikament zgur illi dan kien stagun fallimentari u qatt ma’ sab bilanc f’din l-iskwadra anzi fl-opinjoni tieghi holoq aktar konfuzjoni u biza f’dan it team. Wera illi huwa estremist konservattiv u mhux vera jemmen fl-introduzzjoni taz-zghazagh ghaliex kieku Paolo Dybala ma’ jarax darb’ohra l-pitch sa tmiem l-istagun. Kieku ma’ jilghabx Danilo midfielder biex nillapazzaw ghax hemm players injured fil-midfield. Kieku ma’ gewx mislufa zghazagh bhal Fagioli meta hu stess 4 snin ilu semmieh waqt konferenza li hu player li jipprometti hafna. Allegri qed juri bic-car illi huwa kowc li jrid players lesti. Sahansitra qed jirnexxilu ukoll jgib lil Vlahovic player normali bhal ohrajn; ezempju lbierah biex rajna naqra crosses fil-kaxxa kien biss wara li qlajna l-gowl basta xtrajna l-aqwa centre forward tal-kampjonat imbaghad mohhna biss biex nitfaw l-ballun minn naha ghal ohra. Meta jirnexxilna! Ghax lanqas ahna kapaci naghtu 2 passes tajbin f’azzjoni wahda.

Fis-sitwazzjoni li qeghdin ghandi dubji serji kemm ha jirnexxilna nakkwistaw ir-raba post ghaliex bejn l-injuries bejn id-dghufija ta’ din l-iskwadra, u l-konfuzjoni li nholqot biex ma’ jiggeddux certu kuntratti zgur li dawn il-problemi mhumiex ha jghinu. Ghalhekk il-problema ma’ kinitx Pirlo jew Ronaldo, il-problema kienet it-tmexxija, l-ghazliet hziena, u aktar u aktar il-mentalita tal-propjeta li mhi xejn hlief mentalita ta’ club tat-tieni klassi.

FORZA JUVE DEJJEM U KULLIMKIEN