Informazzjoni ġenerali dwar il-biljetti tal-Finali tal-Coppa Italia

Ilbieraħ il-Lega ħabbret id-dettalji tal-bejgħ tal-biljetti tal-Finali kontra Inter li se ssir f’Ruma nhar il-Erbgħa 11 ta’ Mejju.

Nhar il-Ħadd 1 ta’ Mejju biss minn siegħa qabel sa siegħa wara l-partita kontra Venezia se nkunu qed nilqgħu ġewwa l-uffiċju tal-Club il-ħlas sħiħ tal-biljetti fis-setturi mixtieqa fuq bażi first come first served. Jistgħu jitolbu biljett biss dawk li dan l-istaġun 2021/22 huma msieħba fil-Fan Club.

Il-prezzijiet huma dawn

Tribuna Monte Mario Lato Sud – €190
Tribuna Tevere Lato Sud – €135
Distinti – €50

Mhux se nkunu qed naċċettaw bookings għal ġewwa l-Curva.

Minħabba raġunijiet ta’ loġistika kull darba li sseħħ Finali kif ukoll it-talba kbira ta’ biljetti li kemm Juventus kif ukoll il-Lega huma antiċipati li se jkollhom mhux se nkunu f’posizzjoni li la nikkonfermaw il-biljetti qabel nhar it-Tlieta 2 ta’ Mejju u lanqas li nagħtu garanzija li l-biljetti jinħarġu fis-settur mixtieq.

Il-fażi tal-General Sale, jekk ikun għad fadal biljetti wara li jkunu għaddew fażijiet preċedenti, se tibda nhar il-Ħamis 5 ta’ Mejju minn nofsinhar.
www.vivaticket.com huwa s-sit awtorizzat mil-Lega li jbiegħ il-biljetti.