Inter interessati ferm f’Dybala

Il-ftehim bejn Juventus u Paulo Dybala għall-kuntratt il-ġdid tiegħu għadu ma nstabx. It-taħdidiet ilhom għaddejjin iktar minn sena u l-ispekulazzjonijiet mhuma jieqfu xejn. Pubblikament Paratici dejjem stqarr li Juventus iridu jibnu lit-tim tagħhom madwar Dybala anki fis-snin li ġejjin. Anki Pirlo tkellem f’das-sens. Madankollu l-media ma tantx qed temminhom. Kif għidna hemm ħafna għidut dwar il-futur tiegħu. Qed jingħad pereżempju li Inter lesti jressqu offerta għalih fl-eventwalità li jirċievi offerta tajba għal Lautaro. X’se jiġri verament? Irridu nistennew u naraw.

Matthew Scerri