Issieħeb fil-Juventus Club Vero Amore!

Il-Kumitat tal-Juventus Club Vero Amore (Malta 1975) jixtieq iħabbar li l-Kampanja Tesseramenti 2022/23 tinsab miftuħa. Int tista’ tissieħeb membru fil-Club tagħna jew iġedded is-sħubija tiegħek għall-istaġun 2022/23 għall-prezz ta’ €25 biss.

Ma’ kull sħubija jingħata voucher ta’ €20 mingħand Eurosport flimkien ma’ voucher ieħor ta’ pizza b’xejn ma’ kull waħda li tixtri mingħand il-JC Vero Amore Bar & Grill. Hekk il-Membership tkun qed tiġik b’xejn!!

Tista’ tinkiteb online permezz tal-website fuq https://www.juventusclubmalta.com/issieheb-maghna/ bil-ħlas isir bil-Paypal, Revolut jew ċekk. Min irid jista’ jiġi direttament fl-uffiċċju tal-Club kull nhar ta’ Tlieta u Ħamis bejn 6.30pm u 8pm, jew siegħa qabel xi logħba tal-Juventus biex jinkiteb.