It-trasferimenti kollha ta’ Juventus das-sajf

Is-suq tat-trasferimenti hu issa uffiċjalment magħluq. F’dis-sessjoni tas-sajf, Juventus kisbu lil Morata, Chiesa, McKennie u Arthur, flimkien ma’ Kulusevski li kien inxtara f’Jannar. Inxtara mill-ġdid anki Mandragora li tħalla b’self ma’ Udinese.

Telqu lil Juventus: Pjanic (Barcellona), Rugani (Rennes), Pellegrini (Genoa), Romero (Atalanta), Perin (Genoa), Pjaca (Genoa), Nicolussi Caviglia (Parma), De Sciglio (O.Lyon) u Douglas Costa (Bayern Munich). Ta’ min jgħid li, apparti Pjanic, il-plejers kollha imsemmija, ġew mislufa u mhux mibjugħa. Saru, imbagħad, diversi trasferimenti ta’ plejers mit-tim Under 23 u l-Primavera.

Apparti dawn telqu anki Matuidi u Higuain ma’ Inter Miami wara li xoljew il-kuntratt ma’ Juventus. Paratici naqas imma li jsib ftehim ma’ Khedira biex il-kuntratt tiegħu jkun itterminat qabel iż-żmien.

Matthew Scerri