Jonqos biss il-passaport

Kollox lest barra l-passaport. Juventus għandhom ftehim ma’ Suarez u jidher li anki Barcellona se jkunu ikkuntentati b’somma żgħira ta’ flus. Skont Sky kollox jinsab lest għal dat-trasferiment, apparti ovvjament il-passaport. Suarez talab li jinħariġlu l-passaport biss s’issa għadu mhuwiex magħruf jekk dal-passaport huwiex se jilħaq joħroġ sal-5 ta’ Ottubru meta jagħlaq is-suq tat-trasferiment. Kif konna spjegajna bla passaport Taljan, Juventus ma jistgħux jirreġistraw lil Suarez. Hu għalhekk li l-Bianconeri għadhom ma qatgħux il-kuntatti ma’ Dzeko u Cavani biex f’każ li ma jilħaqx joħroġ il-passaport ta’ Suarez, Juventus ikollhom f’idejhom attakkant ieħor lest.

Matthew Scerri