Juventus fost it-timijiet l-aktar interessati f’Calhanoglu

F’dawn il-jiem qed ikun hemm ħafna rapporti dwar Calhanoglu hekk kif hu ma jistax isib ftehim ma’ Milan għall-kuntratt il-ġdid tiegħu. Allegatament hu qed jitlob 6 jew 7 miljuni paga fis-sena, somma li Milan ma jridux jagħtuh. Juventus u Atletico Madrid huma interessati ferm fih u lesti jissodisfaw it-talba tiegħu anki għax il-kuntratt tiegħu wasal biex jiskadi u għaldaqstant se jkunu jistgħu jiksbuh b’xejn.

Matthew Scerri