Juventus għelbu lil Chivas 2-0

Kmieni dalgħodu Juventus lagħbu l-ewwel partita vera ta’ ħbiberija għal dan l-istaġun u rebħu bl-iskor ta’ 2-0. Il-gowls waslu wieħed f’kull taqsima. Kien Da Graca li fetaħ l-iskor hekk kif tefa’ fix-xibka rebound minn daqqa ta’ ras ta’ Gatti bil-ballun li kien spiċċa jaħbat mal-lasta. Fit-tieni Taqsima wasal it-tieni gowl minn azzjoni ta’ kontrattakk b’Compagnon jikkonkludi l-azzjoni b’xutt fil-baxx fuq l-ewwel lasta.

Għalissa hu diffiċli li jikkummenta dwar il-wirja ta’ Juventus. It-tim għadu qed jingħaqad u dawn il-partita jservu iktar biex l-istaff tekniku jifhem kif miexi x-xogħol ta’ taħriġ atletiku tat-tim. Rajna ftit affarijiet interessanti minn individwi, fosthom il-mod kif Bremer għalaq azzjoni ta’ kontrattakk avversarja fil-91 minuta, fejn letteralment lanqas biss ħalla spazju lill-attakkant ta’ Chivas. Di Maria u Pogba wkoll kellhom wirja tajba, kif ukoll nistgħu ngħidu li Fagioli u Gatti wrew li ħaqqhom li jkunu parti mit-tim ta’ Allegri.

JUVENTUS-CHIVAS DE GUADALAJARA 2-0
Skurjaw: Da Graca (J), Compagnon (J)

Juventus: Sczcesny (Perin); Cuadrado (Barbieri), Danilo (Rugani), Gatti (Bremer), Alex Sandro (Pellegrini); Fagioli (Aké), Locatelli (Zakaria), Pogba (Rovella); Di Maria (Soulé), Da Graca (Cudrig), Kean (Compagnon). Kowċ: Allegri.

Chivas de Guadalajara: Rangel (Jimenez); Sanchez (Mozo), Briseño (Mireles), Mier, Ponce (Olivas); Torres (Yrizar), Garcia (Vega); P. Perez (Beltran), Cisneros (Calderon), S. Perez (Alvarado); Zaldivar (Ormeño). Kowċ: Cadena.

Referee: Daneon Parchment

Karta safra: Cudrig (J)

Matthew Scerri