Juventus, Inter u Milan jgħarrfu lil-Lega li jridu jkompli jilagħbu fis-Serie A

Għall-kuntrarju ta’ dak li kien qed ikun irrapurtat aktar kmieni llum, Juventus, Milan u Inter ħadu sehem fil-laqgħa straordinarja tal-Lega Calcio. It-tliet timijiet għarrfu lill-bqija tal-klabbs tas-Serie A li l-intenzjoni tagħhom hi li jkomplu jilagħbu fil-kampjonat Taljan kif dejjem għamlu. Jidher li l-laqgħa ma kinitx waħda kwieta b’diversi klabbs jakkużaw lil Marotta u lil Agnelli li ttradewhom. Il-ġimgħa d-dieħla l-klabbs kollha tas-Serie A se jerġgħu jiltaqgħu. F’dan l-istadju ħadd ma jista’ jbassar x’se jiġri. Il-Lega u l-FIGC, minkejja li ffirmaw huma wkoll l-istqarrija tal-Uefa tal-bieraħ, jaf m’għandhomx id-dritt legali li jkeċċu lil Juventus, Inter u Milan. Fl-istess waqt, kif kulħadd jista’ jimmaġina, ma jaqblilhomx li jkeċċuhom għax inkella jonoqs drastikament id-dħul tal-klabbs l-oħra.

Matthew Scerri