Juventus jixtru aktar proprjetajiet

Juventus FC lesti jixtru aktar propjetajiet hekk kif għarrfu lil JVillage Fund li lesti jixtru għal kollox il-binja li tospita s-sede tal-klabb kif ukoll il-Media & Training Centre. Juventus ilhom jużaw dawn il-propjetajiet sa mill-2015 u kienu qed iħallsu 2.9 miljun Ewro fis-sena (VAT eskluża). Fil-kuntratt Juventus kellhom id-dritt li jixtru dawn il-propjetajiet u qed jużaw dad-dritt. Fin-nota maħruġa mill-klabb naqraw li l-prezz għad irid jiġi kkalkulat skont parametri stabbiliti seba’ snin ilu, liema prezz mhux se jaqbeż l-47.6 miljun Ewro.

Matthew Scerri