Juventus-Napoli 2-1

Sitt xhur wara finalment intlagħbet Juventus-Napoli. Il-Bianconeri kisbu rebħa mistħoqqa b’wirja tajba li tikkonferma l-kwalità kbira tat-tim. Ħasra, tassew ħasra, li dat-tim ma għarafx jilgħab dejjem kif lagħab illejla! Wara xhur kellna fl-aħħar ir-ritorn ta’ Paulo Dybala fil-grawnd u wara ftit minuti biss sab ix-xibka. Il-mod kif ferħu bih sħabu tat-tim juri kemm Dybala hu plejer importanti fi ħdan it-tim. Dybala żbalja f’ħafna affarijiet fl-aħħar xhur, imma nemmnu li kien u jibqa’ wieħed mill-aqwa plejers tat-tim. Nittamaw li fl-aħħar xahrejn iwarrab għal kollox il-ħmerijiet u jkun ikkunċentrat għal kollox fuq it-tim. Konvinti li biex Juventus jidħlu fiċ-Champions League se jkollhom bżonn it-talent tiegħu flimkien ma’ dak ta’ Ronaldo, Chiesa, Cuadrado u l-oħrajn.

JUVENTUS-NAPOLI 2-1

Skurjaw: Ronaldo (J), Dybala (J), Insigne (pen.) (N)

Juventus (4-4-2): Buffon; Danilo, De Ligt, Chiellini, Alex Sandro; Cuadrado (McKennie), Bentancur, Rabiot, Chiesa (Arthur); Morata (Dybala), Ronaldo. Kowċ: Pirlo.

Napoli (4-2-3-1): Meret; Di Lorenzo, Rrhamani, Koulibaly, Hysaj (Mario Rui); Fabian Ruiz (Petagna), Demme (Osimhen), Zielinski; Lozano (Politano), Mertens (Elmas), Insigne. Kowċ: Gattuso.

Referee: Mariani.

Karti sofor: Koulibaly (N), Alex Sandro (J), Rrahmani (N).

Matthew Scerri