Juventus qrib li jsibu ftehim għal Chiesa

Illum tista’ tkun ġurnata deċiżiva fin-negozjati għat-tasferiment ta’ Federico Chiesa ma’ Juventus. Kollox jindika li Juventus u Fiorentina resqin lejn ftehim. Il-valur komplessiv ta’ Chiesa se jkun ta’ 60 miljun, bonuses inklużi, bl-ewwel sentejn ikunu self u fit-tielet sena jkun hemm xiri għal kollox. L-ikbar problema f’dan l-istadju hi marbuta ma’ Douglas Costa. Il-Brażiljan ma jridx jaf li jitlaq sakemm ma tasallux offerta minn klabb kbir. Jekk ma’ jitlaqx Costa, Juventus mhux se jkunu jistgħu jiffirmaw lil Chiesa.

Matthew Scerri