Kaio Jorge jasal Turin illum!

Kaio Jorge mistenni jasal Turin illum u hekk tibda l-avventura tiegħu ma’ Juventus. Bħal dejjem se jsirulu t-testijiet mediċi u wara jkun jista’ jiffirma l-kuntratt. Qed jissemma li hu ngħata kuntratt sal-2026 b’paga ta’ 1.5 miljun Ewro flimkien ma’ bonuses oħra. Santos se jkunu qed idaħħlu s-somma ta’ 3 miljuni maqsuma f’żewġ rati.

Matthew Scerri