Konferma min-naħa ta’ Torino li Juventus qed jinnegozjaw l-akkwist ta’ Bremer

In-negozjati bejn Juventus u Torino għal Bremer kienu kkonfermati minn Vagnati ta’ Torino li mistoqsi minn Sky qal li hu veru li Torino qed jitkellmu dwar Bremer kemm ma’ Inter kif ukoll ma’ Juventus. Fi kliemu l-laqgħa ma’ Inter marret tajjeb u sostna li m’hemmx għaġla għall-bejgħ tal-Brażiljan. Sky ħadu kumment anki mingħand il-President ta’ Torino, Urbano Cairo li sostna li se jitkellem biss meta l-affarijiet ikunu ċerti. Hu ma ċaħadx li hemm offerta min-naħa ta’ Juventus u lanqas ta indikazzjoni dwar min hu l-favorit nett li jiffirma lil Bremer bejn Juventus u Inter.

Matthew Scerri