L-akkwist ta’ Dusan Vlahovic

Bla ebda dubju l-akkwist ta’ Dusan Vlahovic kien l-akbar akkwist fil-mercato ta’ Jannar u jidher illi mill-kamp Juventin jista jkun hemm akkwist ta’ midfielder jekk jirnexxilom icedu wiehed mil-midfielders li hemm bhalissa. L-akkwist ta’ Vlahovic zgur li bhal hafna Juventini bhali ma’ konniex qeghdin nistennew ghaliex specjalment minhabba s-sitwazzjoni tal-finanzi wara l-pandemija zgur ma’ konniex nahsbu li ser tippermetti akkwisti kbar. Izda bhas-supporters is-socjeta zgur li taghmel il-valutazzjonijiet teknici taghha u zgur ma’ kienx hemm dubju li konna neqsin minn punta li jiskorja numru ta’ gowls fl-istagun. Naturalment jekk kien hemm player ta’ livell bhalissa Vlahovic kien wiehed mil-ftit izda kulhadd kien jimmagina nkluz jien illi kienet xi haga mpossibli u qabel rajtu bhalkom illum gewwa Torin kont ghadni miniex nemmen.

Dan l-akkwist huwa xhieda illi ghalkemm ingergru ghall-propjeta dawn meta jkunu jridu jiehdu player johduh bis-sahha u dan setgha jsehh bl-aumento capitale li sar ftit taz-zmien ilu mil-propjeta fil-Juventus, voldiri nifs fil-flus u aktar kapital biex Juventus tibqa ghaddejja f’kull settur taghha mhux fit-tim biss. Dan l-akkwist sar mhux biss ghaliex kellna bzonn dan il-player daqs l-ilma biex nixorbu izda ghax gie deciz wara li l-player wera x-xewqa u ta l-kelma tieghu li jrid jinghaqad biss ma’ Juventus; ghalhekk id-dirigenti kif raw hekk hatfu l-opportunita u bil-flus li tefghet il-propjeta biex fis-sajf jsir il-mercato ukoll anticipat iz-zmien u akkwistat il-player qabel biex b’hekk ikun hemm aktar cans li nakkwistaw post ma’ l-ewwel erba u nidhlu fic-champions league li jmiss.

Fl-oppinjoni tieghi jonqosna akkwist ta’ midfielder kif dejjem ghidt li jtellana u johrog lit-tim bil-ballun u jkun kapaci jitma l-attakkanti xi haga li neqsin hafna minna. Jidher ukoll li d-dirigenza qeghda tahdem f’din id-direzzjoni ukoll. Qed jissemma li wiehed bejn Bentancur jew Kulusevski jista jitnehha biex jaghmel spazju ghal xi player iehor. Qieghed jissemma hafna il-player mil-Uruguay ta’ Cagliari Nandez, player interessanti li fis-sajf kien segwit mil-qrib minn Inter u Napoli. Naturalment zgur li mux ha jintefqu figuri ohra kbar bhal ta’ Vlahovic izda nemmen u nispera li xi akkwist jsir.

Xorta irridu nkunu kawti hafna u ma’ nahsbux li solvejna l-problemi kolla ghaliex naturalment il-player irid ftit ta’ zmien biex jambjenta ruhu u nibqa nsostni li tilghab ghal Fiorentina mod u tilbes il-flokk Juventin iggorr responsabbilta hafna akbar. Vlahovic huwa player tajjeb hafna u wera potenzjal qawwi s’issa izda ma’ irridux ninsew li ghad ghandu 22 sena u xi diffikultajiet ser ikun hemm  u kritika ser ikun hemm ukoll.
Izda bla dubju dan huwa akkwist kbir u ser jiswina mhux biss issa izda ghal futur u ghas snin li gejjin.
FORZA JUVE DEJJEM