L-Ewropa storja differenti

Wara r-rebha konvincenti kontra Lazio fil-kampjonat ilbierah kellna lura l-loghba tac-champions league kontra Chelsea.

Kienet partita li uriet bic car id-differenza bejn il-kampjonat domestiku u dak Ewropew . Kienet partita li mal-ewwel minuti taghha deher bic-car li kien ha jkollna serata difficli hafna. Chelsea kienu totalment dominanti u aggressivi fl-ewwel kwarta tal-partita fejn imbaghad f’nofs l-ewwel taqsima hadna xi ftit tar-ruh u rajna certu loghob u hrug bil- ballun tajjeb minn naha ta’ Juventus.

Izda dan sfaxxa kollox wara li wasal l-ewwel gowl ta’ Chelsea li biex nghidu kollox wasal minn hands ball car ta Rudiger. Wara ftit minuti kellna cans tad deheb fejn Morata minn pass ta’ Locatelli gie wahdu quddiem il-gowler u dan iccippja tajjeb izda Thiago Silva qala l-ballun ezatt qabel dan spicca fix-xibka; zgur li kien ikun turning point importanti ghalina fil-loghba izda dan ma garax.

Fit-tieni taqsima kien letteralment dizastru fejn it-tim wera s-soltu fragilita u nuqqas ta’ koncentrazzjoni kbira. Midfield tilef totalment il-kontroll u l-avverssarji bdew letteralment jaghmlu li jridu u jaslu facilment fil-lasta taghna u dan ippermetta gowl wara iehor ta’ Chelsea.

Zgur illi lbierah kienet konferma li dan il-midfield huwa maghmul minn players medjokri u lanqas nimmagina kif irridu naffrontaw avversarji bhal Liverpool jew xi Bayern Munich b’dan it-tip ta’ midfield.

Hafna qed jghidu li Juventus f’Jannar ser jaghmlu xi akkwisti. Jien ftit nemmen li ser isir hekk u jekk isir mhux ha jigi akkwistat xi player ta livell gholi. Nistennew u naraw.

Zgur illi hemm diffikultajiet u nispera ma’ jirriflettux fil-kampjonat meta jmissna avversarju difficli hafna bhal Atalanta li zgur ghandom velocita u aggressivita simili ta’ Chelsea.

Forza Juve Dejjem!