L-istadiums kollha tal-Italja miftuħa għal 1000 supporter

Il-Gvern Taljan awtorizza biex minn għada l-istadiums Taljani kollha jkunu jistgħu jiftħu l-bibien tagħhom għal 1000 supporter. Id-deċiżjoni waslet wara li r-reġjuni tal-Lombardia u tal-Veneto ngħaqdu mal-Emilia Romagna u taw il-permessi biex fir-reġjuni tagħhom l-istadiums jibdew jilqgħu 1000 supporter. Il-Gvern imbagħad ma kellu ebda triq oħra ħlief li jiftaħ l-istadiums kollha. Wara s-7 ta’ Ottubru n-numru ta’ supporters li se jkunu jistgħu jidħlu fl-istadiums se tkun ikkalkulata bħala perċentwali fuq is-seating capacity ta’ kull stadium.

Ħi tassew ħasra li din id-deċiżjoni waslet daqshekk tard. Kien ikun xieraq li saru l-preparamenti meħtieġa ferm qabel. Lejlet il-partita ftit li xejn jista’ jsir!

Matthew Scerri