Lazio-Juventus 1-1

It-tielet rebħa infila għal Juventus bejn kampjonat u Champions League ħarbet minn idejn il-Bianconeri fl-aħħar minuta tal-ħin miżjud tat-tieni taqsima. Spezia u Ferencvaros ma kinux avversarji ta’ kalibru kbir, għall-kuntrarju ta’ Lazio li se żgur se jkunu qed jiġġieldu sal-aħħar għar-rebħ tal-kampjonat. Għaldaqstant il-partita kontra Lazio kienet test importanti għat-tim ta’ Pirlo, test li mar tajjeb ferm lil hinn mir-riżultat finali. Il-Bianconeri dehru kompatti, lagħbu bħala tim, iddifendew u attakkaw ilkoll flimkien, u għal darb’oħra dehru li ma kinux żbilanċjati fil-grawnd kif ġara fl-ewwel wirjiet. Prosit kbira tmur lit-tim kollu għal wirja tassew tajba u li timlina b’kuraġġ għall-kumplament tal-istaġun. Kulma rrid nitgħallmu hu li nagħlqu l-partita qabel. Issa importanti li wara l-waqfa t-tim ikompli minn hawn!

LAZIO-JUVENTUS 1-1

Skurjaw: Ronaldo (J), Caicedo (L)

Lazio (3-5-2): Reina; Luiz Felipe, Acerbi, Radu (Hoedt); Marusic, Milinkovic, Cataldi (Akpa Akpro) Luis Alberto (Pereira), Fares (Lazzari); Correa, Muriqi (Caicedo). Kowċ: Inzaghi.

Juventus (4-3-1-2): Szczesny; Cuadrado, Demiral, Bonucci, Danilo; Kulusevski (McKennie), Rabiot, Bentancur, Frabotta; Morata (Bernardeschi), Ronaldo (Dybala). Kowċ: Pirlo.

Referee: Massa.

Karti sofor: Cataldi (L), Bentancur (J), Akpa Akpro (L), Cuadrado (J).

Matthew Scerri