Lazio taħt investigazzjoni!

Il-lejl li għadda il-Guardia di Finanza Taljana marret f’Formello u fil-laboratorju Futura Diagnostica ta’ Avellino biex tiġbor id-dokumenti b’rabta mal-iswab tests tal-plejers ta’ Lazio fil-jiem li għaddew. Il-Procura ta’ Avellino qed tindaga fuq il-każ biex taċċerta li ma kienx hemm irregolaritajiet fit-testijiet tal-Covid-19. Fil-jiem li għaddew, f’diversi okkażjonijiet, xi plejers ta’ Lazio kienu negattivi fit-testijiet li saru mill-imsemmi laboratorju, filwaqt li ttestjaw pożittivi f’testijiet li saru f’laboratorji oħra. M’hemmx xi ngħidu: jekk twettqu xi irregolaritajiet, il-konsegwenzi għal Lazio se jkun gravissimi kemm fil-Qrati Taljani kif ukoll quddiem il-giustizia sportiva. Ta’ min jgħid li jekk l-akkuża tkun ikkonfermata jkun ifisser li xi plejer jew plejers ta’ Lazio lagħbu kontra Torino waqt li kienu pożittivi.

Matthew Scerri