Lejn Udinese vs Juventus u il-bidu tal-kampjonat Juventin

It-tant mistennija ġurnata tal-ewwel logħba li verament tgħodd għall-punti waslet. Illum it-tim favorit tagħna ser jilgħab ġewwa Udine kontra Udinese u ma tistax din il-logħba ma tqajjimx rikordji ħajjin ħafna tal-famuż 5 Maggio – logħba deċiża minn goals ta’ Trezeguet u Del Piero li waslet għar-rebħ ta’ wieħed mill-iscudetti għal qalbi li rajthom jirbħu minn kemm ili partitarju akkanit tal-Juventus. Immur ftit il-barra mir-rikordji għax nixtieq niffoka bis-sħiħ fuq il-logħba tal-llum fejn wara ir-rebħa tar-rivali storiċi ta’ Inter il-bieraħ, tirrikjedi li t-tim tagħna jirrispondi bi prestazzjoni tajba u wisq iktar b’rebħa li ma ttelifniex punti fl-isfida għar-rebħ tal-kampjonat.


Il-bieraħ bdew jissemmew vuċijiet fuq tluq ta’ Mc Kennie kif ukoll saħansitra ssemma tpartit ma’ Ndombele ta’ Tottenham. Għall-ewwel impatt ħsibt li jista jkun deal tajjeb imma meta qgħadt naħseb ftit dwar it-tluq ta’ Mc Kennie bdilt il-ħsieb. Dan minħabba li McKennie huwa wieħed mill-iktar midfielders prolifiċi tal-iskwadra u ma naffordjawx nitilfu player ta’ nofs il-grawnd li jiggarantilek dinamiżmu, logħob intelliġenti bla ballun kif ukoll jiskorja. Smajt il-konferenza ta’ Allegri, fejn b’mod ċar għalaq jew ipprova jagħlaq il-kapitlu Ronaldo jekk jitlaqx jew jibqa’ ma’ Juventus, kif ukoll semma u ma stajtx ma naqbilx kemm jista ikun determinanti staġun mill-aqwa ta’ Dybala. Il-prospett illum hu li naraw midfield b’Ramsey, Bentancur u Bernadeschi bi tridente li fuq il-karta jaf ikun l-aħjar trio ta’ attakanti tas-Serie A bħala potenzjalita’ fejn hemm taħlita ta’ effettivita’, ta’ realiżżazzjoni li jiggarantiha Ronaldo biss bil-medja/season ta’ goals li jiskurja, hemm it-teknika u imprevidibilita’ ta’ Dybala u d-dinamiżmu sfrenat u anki teknika tajba ta’ Chiesa. Il-prospetti huma sbieħ – inħallu l-grawnd jagħti il-ġudizzju finali.

Insellmilkom
Massimo Grioli