Locatelli. Juventus u Sassuolo resqin lejn ftehim

Kif irrapurtajna fil-jiem li għaddew, dil-ġimgħa Cherubini se jkun qed jerġa’ jiltaqa’ ma’ Carnevali ta’ Sassuolo sabiex ikomplu jiddiskutu d-dettalji tat-trasferiment ta’ Locatelli mal-Bianconeri. Sassuolo fehmu li l-plejer irid biss li jingħaqad ma’ Juventus u għaldaqstant għandhom kull interess li jilħqu ftehim mal-Bianconeri. Fl-aħħar sigħat issemma li Locatelli jaf jingħaqad ma’ Juventus b’self bi ftehim li l-Bianconeri jixtruh għal kollox is-sena ta’ wara u l-ħlas ikun imqassam fuq numru ta’ snin, bejn wieħed u ieħor ħames snin. Is-sena li għaddiet Juventus kisbu lil Chiesa bi ftehim simili. Il-prezz li qed jissemma għal Locatelli hu ta’ 48 miljun Ewro. Jidher li mhux se jkun hemm tpartit ta’ plejers bejn il-klabbs, għallinqas direttament fil-ftehim għal Locatelli. Mhux eskluż, però, li Sassuolo  aktar ‘il quddiem jieħdu plejer jew plejers (Dragusin?) mingħand Juventus.

Matthew Scerri