Lura ghall-kampjonat

Wara l-partita Ewropeja kontra Malmo u b’sorpriza gejna fl-ewwel post tal-grupp wara li Zenit zammew lil Chelsea fi draw. Dak hu s-sabih tal-futbol li ebda rizultat ma huwa garantit.

Nergaw lura ghal kampjonat u jmissna ma’ tim iehor li jinsab l’isfel fil-klassifika izda mhux ta’ min jissotovalutah. Venezia f’darhom rebhu bosta partiti fostom kontra Roma.

Juventus minn naha taghhom huwa mument krucjali li ma’ dawn it-timijiet ma’ jintilfux assolutament aktar punti biex kif tennejt f’artiklu iehor nibqaw immwahlin ma’ l-ewwel erba.

Nisperaw li fl-ahhar nakkwistaw stabilita bis-serjeta biex nergaw nidhlu fl-Ewropa li tghodd. Il-futur ser jiddependi hafna fuq l-ekonomija tal-club u ghalhekk l-club ma jaffordjax ma’ jigix ma’ lewwel erba, xi haga mhux facli izda mhux impossibli diment li nirbhu ammont ta’ partiti konsekuttivi.

Ghalkemm huwa difficli imma xorta personalment nispera illi f’Jannar isir xi moviment biex it-tim jissahhah fejn nibqa nsostni fil-midfield ghadna fqar wisq u bilfors jrid jsir xi haga. Naturalment tistennew xejn kbir izda zgur li min jigi jista jghin lit-tim aktar minn xi hadt bhal Ramsey jew xi Arthur Melo li wara li rega inghata cans kontra Malmo rega iddizappunta bil-kbir.