Magħrufa l-kowċis tat-timijiet Under 19 u Under 23 ta’ Juventus

Juventus ħabbru b’mod uffiċjali l-kowċis il-ġodda maħtura biex imexxu lit-tim tal-Under 19 (il-Primavera) u l-Under 23.

Massimo Brambilla se jkun qed imexxi lit-tim Under 23. Hu ġej minn seba’ snin ma’ Atalanta fejn fost l-oħrajn mexxa lit-tim Primavera għal ħames snin sħaħ u rebaħ żewġ kampjonati u żewġ Super Cups. Hu meqjus bħala l-kowċis ideali biex jgħin lill-plejers jimmaturaw u jkunu lesti għall-ewwel tim ta’ Juventus.

Il-Primavera, imbagħad, se tkun immexxija minn eks plejer ta’ Juventus li għadu fil-qalb ta’ ħafna supporters Juventini: Paolo Montero. Hu għandu esperjenza tajba fi tmexxija ta’ timijiet fl-Urugwaj (Penarol) u l-Arġentina (Boca Unidos, Rosario Central u San Lorenzo). Fl-Italja mexxa lit-tim ta’ Sambenedettese.

Nawgurawlhom il-ħidma t-tajba.

Matthew Scerri