Manchester City u PSG għadhom interessati li jiffirmaw lil Ronaldo

Ninsabu ftit jiem ‘il bogħod mill-għeluq tas-suq tat-trasferimenti u l-għidut dwar il-futur ta’ Ronaldo ma jridx jieqaf. Fl-aħħar sigħat reġa’ issemma b’saħħa li PSG u Manchester City iriduh. Intqal li Manchester City jinsabu f’taħdidiet mal-aġent Mendes. Qed jingħad li Juventus lesti jbigħuh għal 30 miljun Ewro u eventwalment lesti jaċċettaw tpartit ma’ Gabriel Jesus. PSG, imbagħad, qed joħolmu li jiffurmaw il-koppja Ronaldo-Messi. Dan hu possibbli peress li jidher li Real Madrid jinsabu lesti li joffru 160 miljun Ewro lil PSG għal Mbappe. Fil-każ li jitlaqhom Mbappe, PSG ikunu lesti li jixtru lil Ronaldo. X’inhi l-verità ma nafux. Ftit jiem oħra u dit-telenovela tasal fi tmiemha!

Matthew Scerri