McKennie barra mill-azzjoni għal diversi ġimgħat

Weston McKennie se jkun qed jitlef l-ewwel parti tal-istaġun minħabba injury. Hu qala’ spalltu waqt is-sessjoni ta’ taħriġ qabel il-partita kontra Real Madrid. Fl-aħħar sigħat kien hemm ħafna spekulazzjonijiet dwar kemm se jdum barra: kien hemm min semma 3—4 xhur, min xahar u nofs u min xahar wieħed biss. Il-verita’ hi li s’issa ħadd għadu ma jaf sew x’inhi l-entita’ tal-injury. Juventus jinsabu fi triqthom lura lejn l-Italja. Għada jew it-Tlieta, McKennie jkun inviżtat mit-tobba u jsirulu xi testijiet. Wara biss inkunu nafu fiċ-ċert x’għandu u kemm se jdum barra.

Matthew Scerri