M’hemmx bejgħ u s-suq tat-trasferimenti Juventin jibqa’ stagnat

Għat-tieni sajf konsekuttiv Juventus qed isibuha tassew bi tqila biex jbigħu plejers mit-tim tagħhom. Ilna nisimgħu li Paratici qed jipprova jsib timijiet li jixtru lil De Sciglio, Ramsey, Douglas Costa, Alex Sandro u oħrajn. S’issa, però, xejn għadu ma seħħ u probabbli li ma tantx se jiġrui wisq fil-ġimgħat li ġejjin. Il-problema tibqa’ bħal dejjem il-prezz li għandhom dawn il-plejers, il-pagi tagħhom u l-ammont ta’ injuries li jsofru kull sena. Dawn kollha huma fatturi li qed iwasslu biex timijiet oħra jibżgħu jixtru jew jiksbu bi tpartit lil xi wieħed mill-plejers imsemmija. Minn qalbna nittamaw li Paratici jirnexxilu jbigħ lil xi ħadd għax inkella, b’xorti ħażin, is-suq tat-trasferimenti ta’ Juventus se jibqa’ stagnat.

Matthew Scerri