Milik jisfida lil Napoli

Milik jinsab urtat immens għall-mod kif qed jittrattawh Napoli. Fl-aħħar sigħat hu lanqas biss ġie msejjaħ għall-partita ta’ ħbiberija ta’ Napoli kontra Pescara. Skont Sky Milik għarraf lil Napoli li hu mhux se jitlaqhom dan l-istaġun. Din hi mossa min-naħa tiegħu biex juri lil Napoli li mhux se jkompli jiġi ttrattat ħażin. Infakkru li Milik għandu kuntratt ma’ Napoli li jiskadi s-sena d-dieħla u għaldaqstant il-fatt li jrid jibqa’ magħhom dis-sena, ifisser li probabbli Napoli se jitilfuh b’xejn s-sajf li ġej. Il-messaġġ ta’ sfida ta’ Milik hu ċar: jew ikun ikkuntentat das-sajf billi jitħalla jmur ma’ min irid jew inkella jitlaq b’xejn fis-sajf 2021.

Matthew Scerri