Morata qabeż lil Dzeko fil-preferenzi ta’ Juventus

Minn dak li qed naqraw fil-gazzetti Taljani jidher li nbidlet sew il-ġerarkija tal-preferenzi għall-attakkant il-ġdid ta’ Juventus. Suarez għadu fuq quddiem nett u kollox jindika li verament hu se jkun l-attakkant li se jieħu post Higuain. Madankollu għadi fadal xi intoppi (il-passaport u l-ftehim ma’ Barcellona) li jistgħu jwasslu biex finalment it-trasferiment ma’ jseħħx. Għaldaqstant Paratici qed jikkunsidra plejers oħra. Jidher li wara Suarez it-tieni preferenza mhix tmur iktar għal Dzeko imma għal Morata. L-Ispanjol hu talba li Pirlo għamel lill-klabb. Hawn, imma, hu ta’ min isemmi li Morata m’għandux prezz baxx. Forsi hu għalhekk ukoll li Juventus ma qatgħux għal kollox il-kuntatti għal Dzeko, li jinsab fit-tielet post ta’ dil-ġerarkija.

Matthew Scerri