Paratici jgħid tiegħu dwar Dzeko u Morata

Fl-intervista mogħtija lil Sky qabel il-partita, Paratici tkellem anki dwar Morata u Dzeko. Fi kliemu min jagħmel il-mercato jrid ikun kreattiv u jagħraf jieħu l-opportunitajiet li jinqalgħu. “Ippruvajt nieħdu lil Morata qabel biss Atletico ma ridux jafu b’self. Komplejna għalhekk ma’ Dzeko u li kieku żblukkat ruħha s-sitwazzjoni ta’ Milik, probabbli li kien jiġi l-Bożniaku. Fl-istess ħin, imbagħad, inbidlu l-affarijiet dwar Morata u konna bravi li ħadna din l-opportunità,” qal Paratici.

Matthew Scerri