Pass l’quddiem fondamentali

Il-partita kontra Lazio gabet 3 punti mportantissimi u fondamentali biex kif ghidt fl-artiklu li ktibt qabel il-loghba nibqaw vicin u forsi anka napprofrittaw minn xi telf ta punti mit-timijiet ta’ fuqna. Filfatt kellna l-ewwel telfa ta’ Milan kontra Fiorentina, kellna r-rebha ta Roma fuq Genoa li qabzuna b’punt u rebha ta Inter fuq Napoli, li sperajt li tintemm fi dro biex nkunu ersaqna lejn it-tnejn li huma. Ma ninsewx ir-rebha ta’ Atalanta li ser ikunu l-avversarji li jmiss,partita difficli ohra.

Fl-oppinjoni tieghi u xtaqt forsi fil-kummenti taghkom tesprimu l-oppinjoni taghkom ukoll minn din il-loghba hargu hafna affarijiet teknici pozittivi aktar mis-soltu. Il-fatt illi ghalkemm kien hemm bosta plejers nieqsa bhal Dybala, Alex Sandro, Danilo wara ftit hin, Cheillini, l-iskwadra xorta uriet certu solidita u certezza tattika, nista nghid tul id-disghin minuta kollha. Spikkat ukoll l-agressivita tal-plejers taghna f’nofs il-grawnd; xi haga li f’dan l-istagun ftit rajniha. Tattikament it-tim kien kwazi perfett, fejn l-ghazla ta Allegri kinet illi kemm seta mela l-midfield b’hames plejers biex jimblokka is-sahha offensiva tal-midfielders ta Lazio, li huma kapaci jsibu x-xibka spiss u rnexxietlu 100%.

Osservajt ukoll illi l-plejers donnhom accettaw illi f’dan il-mument li forsi neqsin minn certu kwalita fit-tim l-ahjar sistema hija din attwata illi nistennew l-avversarju, nkunu agressivi u naharbu bil-kontrattakk fejn plejers bhal Chiesa, Cuadrado u Morata bil-heffa taghhom jistaw ikunu ta periklu. Naf li bhalissa qed tghidu Morata! Naqbel aghkom. Plejer misteru li qatt ma ghamel il-qabza finali anzi pjuttost naqqas u kwazi qed ikun difensur aggunt mal-avversarju! Izda minn fuqu gie l-ewwel penalty. Il-midfield ghamel ukoll progress, fejn plejers bhal McKennie jidher li sab certu kontinwinta ghalhekmm teknikament jonqsu hafnax’jomghod biex jilhaq certu livell. Rabiot ukoll hadt gost narah jinzel jghin aktar lil shabu f’mumenti ta’ agressivita minn Lazio. Stennejt aktar minn Locatelli, li ghalkemm ma kienx hazin izda nistenna minnu li jiehu aktar it-tim f’idu u jtellana bil-ballun. Xi haga li neqsin hafna minna; dak l-plejer ta kwalita li kapaci johrog bil-ballun u jittma l-attakanti. Forsi Locatelli bdiet taffetwa xi ftit gheja fuqu ta hafna loghbiet kontinwi.

Minn naha ta Lazio ma kienx hemm dubju li kienu ha jtuna loghba b’hafna agressivita. Kien hemm hafna pompa fil-media Taljanaghax kellhom l-attakkant Ciro Immobile nieqes. Qisu m’hawnx punta bhal Immobile! Lazio kif ghidt qabel ma kienux perikoluzi ghaliex il-Juve kienu kapaci tul il-loghba kollha jillimitawlhomplejers bhal Milinkovic-Savic u Luis Alberto milli jixxutjaw mil-boghod bhas-soltu, fejn spiss zblukkaw rizultati favurihom. Naturalment telfa kontra Juventus hadd ma jaf jaccettaha u l-harga li fil-kummenti u fl-atitudni tal-plejers meta nghataw iz-zewg penalties li kienu cari daqs il-kristall, drajna naraw dawn ir-recti. Spikkaw is-soltu kummenti redikoli ta Maurizio Sarri li huwa espert ta kif igib l-iskuzi wara kul telfa kien ma min kien. Kultant nghid li rbahna l-ahhar kampjonat litteralment minghajr kowc.

Inharsu l’quddiem lejn il-loghba kontra Chelsea fejn hemm ukoll nistaw immorru b’certu trankwillita li anke rizultat ta dro ghalina jkun bizzejjed biex niehdu l-ewwel post fil-grupp. Filwaqt li ma ninsewx li gejja loghba ohra iebsa kontra Atalanta. Nisperaw illi nirkupraw xi plejers mill-injuries ghaliex dan huwa mument fondamentali li nigu bzonn kull plejer. Ezempju car kien Pellegrini kontra Lazio plejer ftit uzat minn Allegri li kellu loghba tajba immens.