Perez lest ikeċċi lil Marcelo

Florentino Perez jidher li jinsab imxebba’ b’ċerta plejers li hemm fit-tim tiegħu. Fost dawn hemm Marcelo. Don Balon qed jirrapurtaw li wara t-telfa kontra Shakhtar, Perez ħadha ma’ Marcelo u qallu li f’Jannar se jbigħu. Bħal dejjem qed jisemmew Juventus bħala d-destinazzjoni l-aktar probabbli għalih peress li Marcelo hu ħabib kbir ta’ Ronaldo.

Matthew Scerri