Prospetti tajba għal staġun tajjeb?

Din il-ġimgħa, l-aħbar prominenti żgur kienet l-akkwist ta’ Manuel Locatelli mat-tim favorit tagħna. Ma nistawx ma ngħidux li huwa akkwist li konna għatxana u bir-raġun kollu minħabba li kulħadd ħass li kien bżonnjuż wisq li nsaħħu settur importanti immens fil-ground bħal nofs il-ground. Mill-lat numeriku, żdied player ieħor u b’hekk il-kowċ Max Allegr għandu għażla oħra, kif ukoll akkwistajna player li jaf ikun ferm utli kemm mill-lat ta’ kostruzzjoni ta’ azzjoni kif ukoll biex nirkupraw blalen li jwasslu għat-tim biex jiffunzjona aħjar u b’hekk anki forsi l-attakk ikun iktar produttiv bħala gowls skurjati. Mingħajr ma ntawwal, ħarġet statistika nteressanti dwar Locatelli illum fejn kemm fuq Radio Bianconera ippuntwaliżżawha kif ukoll rajt Facebook posts fuqha. Locatelli fl-istaġun li għadda fis-Serie A, kien il-midfielder li lagħab l-iktar drabi l-ballun f’nofs il-ground kif ukoll blalen irkuprati fil-midfield. Dawn huma żewġ kwalitajiet li jikkonfermaw kemm id-diriġenza ma żbaljatx titfa għajnejha fuqu biex jissaħħaħ nofs il-ground.


Nixtieq ukoll insemmi tlett players oħra. Ngħid żewġ kelmiet ta’ tifħir lejn Dybala għax qed narah vera motivat li jilgħab tajjeb kif ukoll illum ta assist spettakolari lil Ramsey f’wiehed mill-goals u skurja ukoll. Nawguraw li naraw il-player li dejjem ammirajna kemm ilu magħna kemm għax tieħu gost tara player ta’ dik it-teknika eċċellenti u wkoll għax ikun utli għall-iskwadra fl-aħħar 25 metru quddiem il-lasta. Nagħlaq billi nsemmi lil Fagioli u Ranocchia li milli rajt illum kif ukoll f’loghob ta’ hbiberija qabel tal-lum, narahom lesti biex jingħataw spazju fl-iskwadra – nittama li ma jitilqux b’self għalkemm ma tkunx opzjoni ħazina għalihom għax ikollhom spazju jilgħabu iktar waqt l-istaġun milli kieku mal-Juventus – biss pero’ wieħed għandu jżomm f’moħħu li jaf diġa ikunu utli ghall-iskwadra kemm bħala rotazzjoni biex jagħtu nifs lil players titolari kif ukoll biex jikkumpensaw għall-injuries jew kontrattempi fiżiċi ta’ xi players waqt l-istaġun 2021/22. Nawguraw logħba tajba tat-tim ghal-Ħadd kif ukoll rebħa fl-ewwel logħba tal-league kontra Udinese!


Insellmilkom
Massimo Grioli