PSG u Manchester United interessati fl-akkwist ta’ Ronaldo

Minkejja l-età tiegħu, Cristiano Ronaldo għadu jattira fuqu l-interess ta’ diversi klabbs kbar. Leonardo ta’ PSG stqarr li xi kultant fis-suq tat-trasferimenti jseħħu affarijiet straordinarji, dikjarazzjoni li turi li PSG mhumiex jeskludu li jistgħu jiffirmaw lil Ronaldo s-sena d-dieħla. Mill-Ingilterra, imbagħad, qed tasal l-aħbar li Manchester United jinsabu f’kuntatt mal-aġent Jorge Mendes. Skont Daily Express, fil-fatt, ir-Red Devils tkellmu ma’ Mendes dwar il-possibbiltà li jiksbu lura lil Ronaldo fis-sajf 2021.

Matthew Scerri