Riflessjoni wara Sassuolo vs Juventus

Il-fatt li Buffon fi 13 il-presenza din is-sena, il-Juventus rebħu 11 il-logħba u ġew darbtejn draw mingħajr ma sofrew l-ebda telfa, iħalli ċertu mpatt. Dan il-ħsieb mhux intenzjonat ikun polemiku lejn il-kowċ ghall-fatt li Buffon ma ġiex utiliżżat iktar minn 13 il-logħba, għax dan mhux il-kas. Biss iva, din l-istatistika iġġagħlek taħseb u mhux ftit kemm il-presenza ta’ Buffon fuq il-pitch baqgħet tkun importantissima għal sħabu il-players l-oħra bħala grinta li hu jittrasmetti u li tissarraf f’aktar konċentrazzjoni mit-tim kollu – xi ħaġa li hi bżonnjuża biex tirbaħ partita. Smajtu jitkellem eżatt wara l-logħba. Ħaġa wahda tolqtok – qal li għoġbu li t-tim kien umli, b’mentalita’ li taħdem u li t-team ried jirbaħ mhux biss jipprova jirbaħ. Dan mhux kliem banali imma hu kollu kemm hu kliem Gigi Buffon biex ma ninsewx ukoll kemm kien determinanti b’mod dirett biex intrebħet il-logħba bil-penalty salvat waqt li konna għadna 0-0.


Fuq nota oħra, ma nistgħux ma nifirħux lill-player bħal Ronaldo li fi 3 staġuni irnexxielu jagħmel 100 goal mal-Juventus ukoll – ħaġa straordinarja. U kelma ta’ kuraġġ fuq Dybala li wkoll laħaq 100 goal Juventin u nispera ikun ta’ prospett tajjeb biex ikompli l-avventura tiegħu mat-tim Juventin fis-snin li ġejjin.

Massimo Grioli