Riflessjonijiet fuq is-sitwazzjoni attwali Juventin

Mingħajr dubju, il-moral kemm tiegħi u ta’ bosta partitarji Juventini huwa baxx immens hekk kif qomna wara d-disfatta tat-telfa umiljanti ma’ Empoli l-bierah fil-għaxija. Kienet ġimgħa emottivament stressanti b’dak kollu li ġara madwar it-tluq xejn feliċi ta’ Cristiano Ronaldo minn mat-tim ta’ qalbna li bil-fors nafu li ovvjament tħalli mpatt enormi kemm fuq kwistjonijiet ta’ fuq il-pitch kif ukoll barra il-pitch anke minħabba l-importanza enormi kemm tal-player u l-personaġġ CR7. Imma xtaqt niftaħ u nagħlaq mill-ewwel dil-parenteżi mhux b’xi disrispett lejn CR7 imma biex niffoka fuq affarijiet ferm iktar importanti – il-futur tal-iswkadra f’dan l-istaġun jieħu ferm iktar prominenza minn affarijiet oħra.

Il-bieraħ wara il-logħba, ovvjament kien hemm diżappunt enormi u ma tistax ma tħossx hekk. Meta nara il-kummenti ta’ bosta partitarji oħra Juventini nagħmel ferm iktar dwejjaq. Fl-opinjoni umli tiegħi, ma nistgħux nippretendu li wara t-tluq ta’ Ronaldo li kif għidt f’artikli ohra qabel, kien jiggarantilek numru mportanti ta’ gowls, irridu nħarsu l-quddiem u naraw aktar logħob kollettiv biex jagħmel tajjeb għall-goals li kien jiskurja CR7. Il-bieraħ segwejt ukoll il-kliem tal-kowċ taghna Massimiliano Allegri – qal dawn li laqtuni ħafna: “il-mument huwa kkumplikat imma issa irridu nisktu w naħdmu biex noħorġu minn din is-sitwazzjoni kemm jista ikun malajr possibli”. Meta biex naghmel kuraġġ lil bosta ħbieb tiegħi li kienu bla tort ta’ xejn skoraġġati mmens, fakkart l-istaġun 2015-16 fejn fl-ewwel logħba konna tlifna ma Udinese bl-iskor ta’ 1-0 qaluli “imma dan mhux it-tim ta’ dak iż-zmien” – nixtieq infakkar… fil-bidu ta’ dak l-istaġun għaddejna minn rivoluzzjoni ta’ plejers bħal din eżatt fejn rajna jitilquna Pirlo, Tevez u Vidal! Jien nixtieq nagħti ċans qabel ma naqta l-kundanna li ġej staġun fallimentari – nispera li l-fatti jtuni raġun – jekk ma jkunx hekk inkun l-ewwel wieħed li nammetti li ħadt żball u għamilt kuraġġ għal xejn!

Insellmilkom,

Massimo