Ronaldo pass ‘il bogħod milli jsir plejer ta’ Manchester City

Dal-lejl Jorge Mendes kompla jaħdem sabiex Ronaldo jkun jista’ jingħaqad ma’ Manchester City. Minn Porto, fejn Mendes wasal tard ilbieraħ filgħaxija, l-aġent kellu videocall ma’ uffiċċjali ta’ Manchester City. L-Ingliżi lesti joffru 25 miljun Ewro lil Juventus għalih. Il-Bianconeri għamluha ċara ma’ Mendes li mhumiex se jagħmlu minusvalenze fuq il-bejgħ ta’ Ronaldo u allura jridu 29 miljun. Id-differenza ta’ 4 miljuni x’aktarx se joħroġha Ronaldo stess li lest jirrinunzja għal parti mill-paga dovuta lilu. F’dan l-istadju kollox jindika li Ronaldo se jkun qed jitlaq lil Juventus fis-sigħat li ġejjin.

Matthew Scerri