Sarri għalissa mhux se jinħall mill-kuntratt li jorbtu ma’ Juventus

In-negozjati bejn Juventus u Sarri biex ikun itterminat b’mod konsenswali l-kuntratt tal-kowċ jidhru li waqfu għalissa. Sarri ried ixolji l-kuntratt minħabba li xtaq jikkowċja lil Fiorentina, biss Comisso għażel lil Prandelli minflok Iachini. Għal dir-raġuni, u fin-nuqqas ta’ offerti għalih, Sarri għalissa mhux se jxolji l-kuntratt ma’ Juventus u probabbli se jibqa’ sa tmiem l-istaġun jaqla’ l-paga mingħand il-Bianconeri.

Matthew Scerri