Seba’ klabbs tas-Serie A jitolbu r-riżenja ta’ Dal Pino

Il Sole 24 Ore qed jiżvelaw b’mod esklussiv li seba’ klabbs tas-Serie A bagħtu żewġ ittri lil Dal Pino biex jitolbuh jirriżenja minn President tal-Lega Calcio. It-timijiet li ffirma l-ittra huma: Atalanta, Fiorentina, Inter, Juventus, Lazio, Napoli u Hellas Verona. Jidher li l-klabbs mhumiex sodisfatti bil-mod kif inbigħu t-tv rights. Barra minn hekk, allegatament, il-klabbs huma urtati għall-fatt li l-iStadio Olimpico se jiftaħ il-bibien tiegħu għas-supporters fl-okkażjoni tal-Euro2020, filwaqt li fil-kampjonat l-istadiums ilhom bil-bibien magħluqa sa minn Ottubru li għadda.

Matthew Scerri