Sergio Ramos ma jridx jaċċetta dak li qed joffrulu Real Madrid

Wara li aktar kmieni dil-ġimgħa taw l-aħbar li Real Madrid bdew taħdidiet ġodda għall-kuntratt il-ġdid ta’ Sergio Ramos, El Chiringuito qed isostnu li hemm probabbiltà kbira li l-Ispanjol jitlaq lil Real. Huma qed isostnu li hemm 80% ċans li Real Madrid ma jilħqux ftehim ma’ Sergio Ramos u allura hu jitlaq b’xejn fis-sajf 2021. Il-problema hi li Real Madrid iridu jimxu ma’ Ramos bl-istess mod kif jimxu mal-plejers kollha li għandhom iktar minn tletin sena: kuntratt ta’ sena jew massimu tnejn, bit-tnaqqis ta’ 20% tal-paga. Min-naħa tiegħu Sergio Ramos ma jridx jaf li jaċċetta dal-ftehim u qed ikompli jitlob kuntratt ta’ tliet snin b’paga ta’ 12-il miljun fis-sena. Juventus u PSG qed isegwu mill-qrib dis-sitwazzjoni u jidhru lesti li jissodisfaw it-talba ta’ Sergio Ramos.

Matthew Scerri