Sitwazzjoni prekarja

B’xorti hazina saret kalvarju l-gurnata li tasal loghba ta’ Juventus ghaliex tkun kwazi cert x’ser tara u x’rizultat tistenna, imma s-sitwazzjoni li gabuna fiha f’dawn l-ahhar snin waslet ghal dan il-falliment totali.

Hafna qeghdin jissorprendu ruhom ghax anka mal-monza, tim li jinsab f’qiegh il-klassifika tlifna! Manafx ghala ghaliex il-faqar, in-nuqqas ta’ karattru, in-nuqqas ta’ determinazzjoni u sistema ta’ loghob ma’ tezistix. Il-Juventus ma ghadiex tezisti minn kull aspett, niddejjaq nirrepeti f’kull artiklu li nikteb; illum Juventus fadlila biss isem ghaliex la hemm tmexxijja programmata, u la hemm dak id-dirigent jew tnejn li kapaci jibnu skwadra fit-tul. Illum Juventus u d-dirigenti taghha jekk tista issejhilom dirigenti huma biss habsin u marbutin bid-decizjonijiet hziena u konfuzi ta’ dawn l-ahhar snin.

Il-loghba tal-bierah mhi xejn hlief li ntmiss tant il-qiegh ukoll fejn il-players jidhru li ma’ jafux x’ser jaqbdu jaghmlu, li mhumiex kuntenti b’min qed imexxijom wisq aktar urew illi hafna minnhom m’humiex denji u lanqas huma ta’ kwalita biex f’dan il-mument jirriplejsjaw lil players neqsin jew sospizi. Dawn huma kollha rizultati ta’ decizjonijiet ridikoli u certu players li anqas jafu huma stess kif spiccaw jilghabu f’dan il-livell.

Hafna qed jitolbu u jixtiequ li jitkecca Allegri! Vera, ghandom ragun. Imma nistaqsi lil min ser iggib f’dan il-mument? Bil-mentalita li ghanda t-tmexxijja ta’ Juventus toholmu li jigi xi Zidane? Jew xi top kowc jekk hemm top kowc disponibbli? Kif qalilna Arrivabene min ser jhallsu? Flok qalilna morru ghidu lil habib tieghu li rega gabu! Is-sigriet huwa illi qabel ma’ issir rivoluzzjoni minn fuq l-affarijiet ftit jistaw jitrangaw. Qabel ma’ jingiebu nies kif kellna darba li jifhmu vera fil-futbol u jafu jibnu bi players ta’ karattru m’ahniex ser naghmlu mirakli. Il-Juventus hija meqjusa mil-propjeta azjenda bhal kull azjenda ohra ghalhekk qatt m’ahna ser nikkompetu ma’ timijiet kbar fl-ewropa u issa anqas fl-Italja. Jista jkollok l-istadium, il-hotels, il-propjetajiet imma diment li club tal-futbol tmexxih b’accountants biss ma’ tmurx jahrab xi euro m’inti ha tasal mkien.

Kif tista tibni skwadra ghal futur u tmur ghal players li waslu fl-ahhar tal-karriera taghhom, rebhu kollox u gew biex jghaddu sena zmien jiehdu 7 miljuni u jitlaq l’hemm? Kif tista tkun kredibbli billi flok tinvesti bis-serjeta fejn kellna bzonn terga iggib player li telaq snin ilu u ghadna ma’ rajniehx b’nemes hlief fuq tik tok u instagram u fil-media habba inkwiet familjari u allajbierek wegitu kopptu mil-illum ghal ghada! Kif tista issellef players zghazagh interessanti bhal Rovella u tipprezenta fil-pitch li McKennie li huwa biss il-joker tad-dressing room biex nilghabu bil-karozzi? Kif qatt tista taghmel snin ma’ iggibx full back wiehed u tibqa tillapazza bi Cuadrado u sahansitra iggedded kuntratt lil De Sciglio? Kif tista tara player imajna sena wara ohra bhal Alex Sandro u mhux talli ma’ tnehhihx fil-mument li kellu mercato imma iggedidlu u sahansitra izzidu fil-paga?

Dawn huma d decizjonijiet li wasluna f’din is-sitwazzjoni. Pero lin-nies hadd ma’ jghaddihom bi zmien u fis-sajf tghid li inti kopert u issa bdew l-iskuzi ta’ l-injuries u li certu players ma’ ghadomx jifilhu daqs qabel ghax ghasarnijom! Induna fl-ahhar il-kagon bezzej! Hija facli tkun kowc meta jkollok bazi soda u lesta kemm tirtokkja ftit, anka jien nikkowcja kieku. Tkun kowc ta’ vera meta tibni, taghti identita u turi li int leader u hadd aktar. Sfortunatament tistennewx tibdil ghalmenu s’issa ghax jekk jiftah il-hawsla John Elkann kapaci jsir xi haga, nistennew u naraw!

FORZA JUVE DEJJEM