Strakosha kien pożittiv għall-Covid!

L-aġenzija tal-aħbarijiet Ansa qed tirraporta li l-espert imqabbad mill-Procura ta’ Avellino reġà ipproċessa l-iswab test li kienu saru mil-laboratorju Futura Diagnostica fis-6 ta’ Novembru qabel Lazio-Juventus. Irriżulta li Strakosha kien pożittiv, filwaqt li Immobile u Leiva kienu negattivi. Infakkru li dakinhar stess it-tliet plejers kienu ttestjaw pożittivi għal rapid test li kienu sarulhom minn laboratorju ieħor, Campus Biomedico. Il-Procura ta’ Avellinio qed tinvestiga jekk sarux irregolaritajiet minn Futura Diagnostica li wasslu biex xi plejers ta’ Lazio lagħbu kontra Torino waqt li kellhom il-Covid. Jekk dan ikun ikkonfermat il-konsegwenzi legali għal-laboratorju se jkun gravissimi, filwaqt li anki Lazio jistgħu jinstabu ħatja mill-giustizia sportiva li kisru l-protokoll tal-FIGC.

Matthew Scerri