Suarez-Juventus. Kollox miftiehem!

 Fi Spanja qed jagħtu bħala ċert it-trasferiment ta’ Luis Suarez ma’ Juventus. Skont Marca l-ġimgħa d-dieħla se tkun il-waħda deċiżiva biex iseħħ dat-trasferiment. Il-Mundo Deportivo, imbagħad, qed tagħti d-dettalji tal-ftehim: kuntratt ta’ 3 snin b’paga ta’ 10 miljuni fis-sena. Barcellona se jingħataw somma żgħira flimkien ma’ bonuses (ftehim simili għat-trasferiment ta’ Rakitic ma’ Sevilla). L-avukati ta’ Suarez jinsabu għaddejjin bit-taħdidiet ma’ Barcellona u, kif għidna, f’temp ta’ ftit jiem jaf ikollna l-aħbar li ilna tant nistennew.

Matthew Scerri