Posts

Il-karigi l-ġodda fi ħdan Juventus se jitħabbru llum

Illum fis-2.30 ta’ waranofsinhar Andrea Agnelli se jindirizza konferenza tal-aħbarijiet li matulha se jkunu mħabbra u ppreżentati l-persuni u l-karigi l-ġodda fi ħdan it-Technical Area (jew Football Area kif isejħulha Juventus). Fost l-oħrajn se jkun preżentat Maurizio Arrivabene li se jkun qed jokkupa l-kariga ta’ CEO tat-Technical Area.

Matthew Scerri

Bidliet fl-amministrazzjoni Juventina? Il-Ħamis inkunu nafu!

Nhar il-Ħamis jaf tkun ġurnata deċiżiva għall-futur ta’ Juventus. Fil-fatt l-Exor se tkun qed tifli mill-qrib is-sitwazzjoni finanzjarja ta’ Juventus bil-għan li jinbeda proċess għal żieda fil-kapital fi ħdan it-tim Juventin. Għalkemm l-Exor normalment ma tidħolx fl-amministrazzjoni teknika tal-klabb, jidher li jekk verament se jkun hemm bidliet fil-Presidenza u fid-diriġenza, dawn se jkunu diskussi u approvati waqt l-imsemmija laqgħa. Il-kwistjoni tal-kowċ, mill-banda l-oħra, mhux mistennija tkun fuq l-aġenda peress li l-Exor se tkun qed tiddeċiedi min għandu jmexxi lill-klabb u wara tħalli f’idejn dal-persuni biex jagħżlu l-kowċ u l-plejers għas-sena d-dieħla.

Matthew Scerri

Paratici jitkellem dwar Pirlo u Agnelli

Qabel Fiorentina-Juventus, Fabio Paratici tkellem dwar diversi kwistjonijiet. Fost l-argumenti li tkellem dwarhom kien hemm anki l-futur ta’ Pirlo u ta’ Agnelli. Hu sostna li jekk Juventus jiġu mal-ewwel erbgħa fi tmiem il-kampjonat, Pirlo se jibqa’ jkun il-kowċ ta’ Juventus. Dwar Agnelli, Paratici sostna li qed jarah kalm u trankwill, u li qed jaħdem għall-futur tat-tim Juventin.

Matthew Scerri

Grazzi, Agnelli!

Għażiż Andrea,

🙏 Għamilt possibbli il-qawmien tal-belt u n-negozji ġewwa Turin.

🙏 Għamilt possibbli ġojjell ta’ Stadium li hu l-għira ta’ kulħadd.

🙏 Għamilt possibbli lukanda 4 star il-J Hotel.

🙏 Għamilt possibbli s-sede u l-faċilitajiet tal-Continassa.

🙏 Għamilt possibbli 9 scudetti infila, 4 Coppa Italia u 5 Supercups.

🙏 Għamilt possibli il-wasla tal-aqwa player tad-dinja ġewwa Turin.

🙏 Għamilt possibbli dak li 10 snin ilu kien jidher impossibbli. L-ipokrezija tal-oħrajn mhux ħa taffettwa il-personalità tiegħek.

U dan biex ĦADD ma jinsa! Dejjem miegħek #AndreaAgnelli

Joseph Fenech

President

JC Vero Amore Malta

John Elkann identifika s-suċċessur ta’ Andrea Agnelli

Il-Presidenza ta’ Andrea Agnelli tidher riesqa lejn tmiemha. Fil-ġimgħat li għaddew ktibna ħafna dwar bidla fit-tmexxija tal-klabb. John Elkann u Andrea Agnelli, għalkemm kuġini, ma tantx imorru tajjeb flimkien. Elkann ilu s-snin jistenna l-mument opportun biex ineħħi lil Agnelli minn President ta’ Juventus. Ir-riżultati miksuba f’dan l-istaġun wittew it-triq għal dil-bidla u issa kellna ċ-ċirasa fuq il-kejk tas-Super League. Hu ovvju li wara li falla dal-proġett, Andrea Agnelli tilef parti kbira mill-kredibbiltà tiegħu fid-dinja tal-futbol u se jkun imwarrab minn ħafna Presidenti u Uffiċċjali oħra. Nemmnu li ħadem għall-ġid ta’ Juventus, biss f’dan l-istadju jaf ma jkollu ebda triq oħra ħlief li jwarrab. Minflok John Elkann lest jaħtar lil Alessandro Nasi bħala President ta’ Juventus. Nasi hu kuġin ta’ Elkann u ta’ Agnelli. Fost l-oħrajn hu anki Viċi-President tal-Exor. Fil-ħajja privata, Nasi hu l-partner ta’ Alena Seredova, l-eks sieħba ta’ Buffon.

Flimkien ma’ Andrea Agnelli x’aktarx se jkunu mwarrba anki niesu, jiġifieri Nedved u Paratici. John Elkann qed jaħseb li jġib lura lil Alessandro Del Piero bħala Viċi-President ta’ Juventus. Miegħu jaf ikun hemm anki David Trezeguet li għadu kif temm il-kors ta’ Direttur tal-Isports. Nifhmu li apparti Del Piero u Trezeguet, jaf ikun hemm il-ħatra ta’ diriġent ieħor ta’ esperjenza. Min hu għadu mhux magħruf.

Ir-rizoluzzjoni bdiet, insomma!

Matthew Scerri  

Agnelli: “Is-Super League ma tistax tkompli”

Il-proġett tal-European Super League wasal fi tmiemu. Andrea Agnelli stess illum ikkonferma li l-proġett ma jistax jibqa’ għaddej la darba ħafna klabbs telqu. Ceferin tkellem ftit tal-ħin ilu u sostna li “kulħadd reġa’ ġie lura, Naf li għandhom ħafna x’jagħtu lill-futbol f’kull livell.” Il-kliem ta’ Ceferin jixhed il-partijiet għamlu paċi u li se jkunu qed jaħdmu mill-ġdid flimkien.

Matthew Scerri

M’hemm ebda konferma li Agnelli rriżenja minn President ta’ Juventus

S’issa ma sabet ebda konferma l-aħbar li Andrea Agnelli rriżenja minn President ta’ Juventus. L-aħbar jidher li ħarġet minn Spanja fejn hemm sentiment qawwi kontra s-Super League. Il-media Taljana qed tirraporta li m’hemm xejn veru f’dan l-għidut, anzi żiedet li l-klabbs Taljani huma maqugħdin biex jagħtu ħajja lill-European Super League.

Matthew Scerri

Ceferin jattakka personalment lil Agnelli

Il-President tal-Uefa, Ceferin kellu kliem iebes fil-konfront ta’ Andrea Agnelli. Hu qal: “Qatt ma rajtu persuna li tigdeb il-ħin kollu bħalu. Kellimtu s-Sibt u qalli li kien biss għidut. Qalli li kien se jċempilli siegħa wara u minflok tefa’ t-telefon. Agnelli hu l-ikbar delużjoni. Tkellimna kemm-il darba ma’ Agnelli u Perez u dejjem qalulna li kellhom bżonn aktar ħin.”

Matthew Scerri